Pedofelu Taljan arrestat fi Franza b’rabta ma’ 160 każ ta’ stupru u attakki sesswali

Raġel Taljan ġie arrestat fi Franza wara li nħareġ mandat ta’ arrest mill-Ġermanja, fejn qed jiġi mfittex b’rabta ma’ 160 każ ta’ stupru u attakki sesswali fil-konfront ta’ bintu u tfal minuri oħrajn.

Ir-raġel, li għandu 52 sena, kien arrestat aktar kmieni llum fil-belt ta’ Strasburgu viċin il-fruntiera Ġermaniża. Il-każi ta’ stupru huma mifruxin fuq medda ta’ 14-il sena.

Il-Ġermanja għandha 122 investigazzjoni miftuħa fil-konfront tat-Taljan, li fost oħrajn qed jiġu akkużat li stupra lil bintu għal madwar 10 snin. Allegatament huwa għamel l-istess fil-konfront ta’ minuri oħrajn fuq l-istess perjodu mal-bniet minuri ta’ sieħba differenti.

Ir-raġel qed jinżamm fil-ħabs fil-belt ta’ Colmar qabel ma jingħadda lill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Share With: