“Possibiltà qawwija li l-vaċċin tal-Covid-19 jasal f’Malta fix-xhur li ġejjin”

Waqt żjara li kellu aktar kmieni dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din se tkun l-ewwel sena li l-pajjiż u d-dinja kollha se taffaċċja l-influwenza u l-Covid-19 f’daqqa.

Huwa qal li l-influwenza diġà tħalli konsegwenzi u fatalitajiet, bħalma jagħmel il-Covid-19 u huwa ċar li flikien se jkunu ħafna iżjed serji. Huwa fakkar kif il-Gvern għamel sforzi biex jakkwista d-doppju tat-tilqim tal-influwenza.

Dwar il-vaċċin tal-Covid-19, minkejja li sa issa m’hemmx tilqima, huwa qal li l-prospetti huma tajbin u hemm possibiltà qawwija li vaċċin tal-Covid-19 jasal f’Malta fix-xhur li ġejjin

Share With: