Premier: Rebħa tennistika ta’ Gzira Utd fuq Mosta
Minn Cris Muscat – ritratt: Domnic Borg
Gzira Utd ……..6
Mosta …….……1
Gzira United xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Mosta bl-iskor kbir ta’ 6-1, bil-Blues kellhom jgħaddu mingħajr is-servizz ta’ numru ta’ players regolari. Il-Maroons kienu diġá aċċertati mir-rebħa fi tmiem l-ewwel taqsima meta kellhom vantaġġ ta’ tliet goals.
ll-Maroons fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta wara li rċieva cross mix-xellug ta’ Sacha Borg, AMADOU SAMB, ikkontrolla l-ballun b’sidru u tefa’ l-ballun fix-xibka.
Iżda mill-azzjoni li segwiet minuta biss wara, Mosta ġabu l-iskor indaqs meta Andrei Spiteri kkonkluda azzjoni tajba permezz ta’ assist lejn TAKANORI YOKOCHI li mill-viċin għeleb lil Anthony Curmi.
Fis-17-il minuta, Gzira reġgħu marru fil-vantaġġ grazzi għal HAMED KONE li rċieva pass mix-xellug u kkontrolla tajjeb qabel venven xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lil Spiteri jsalva.
Il-Gżirjani komplew jiddominaw u erba’ minuti biss wara RICARDO CORREA DUARTE kompla jżid l-iskor meta wara li rċieva l-ballun minn clearance qasira tad-difiża Mostija, huwa kellu xutt mid-distanza li ntemm ġewwa.
Gzira komplew jirriżultaw bħala l-aqwa team u fl-44 minuta għamluhom erbgħa meta minn azzjoni ta’corner, Mendoza Usuga xeħet cross insidjuż fejn AMADOU SAMB kellu d-daqqa ta’ ras minn taħt il-lasti tintemm ġewwa.
Fit-tieni taqsima Gzira komplew għaddejjin bl-istess ritmu u fis-66 minuta skorjaw il-ħames goal permezz ta’ JEFFERSON DE ASSIS li b’xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa u minn pożizzjoni angolata ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper avversarju jsalva.
Fid-79 minuta, Gzira rebħu penalty meta Nikola Braunovic waqqa’ lil Gabriel Mendoza fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu ANDREW COHEN li b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
GZIRA U.: 1-Anthony Curmi, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Steve Borg, 6-Nikolai Muscat (20-Nevin Portelli 67), 19-Martin Davis (8-Clyde Borg 14), 21-Hamed Kone (10-Andrew Cohen 75), 22-Jackson Mendoza, 23-Ricardo Correa Darte, 26-Sacha Borg, 77-Amadou Samb (14-Dexter Xuereb 66), 94-Jefferson De Assis (9-Omar Elouni 75) – Coach: Darren Abdilla
MOSTA: 1-Andre Spiteri (12-Luca Camilleri 87), 2-Luke Formosa (18-Watson Fabrice Hounkpe 46), 4-Nikola Braunovic, 6-Jefferson De Sousa Ferreira, 10-Johann Bezzina, 14-Matthew Attard (3-Owen Sammut 67), 24-Takanaori Yokochu, 30-Matias Mucahrdi, 92-Kevin Tulimieri (15-Larens Vella 75), 98-Jonas Rodriguez Ekani, 99-Andrei Spiteri – Coach: Davor Filipovic
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Duncan Sultana
RABA’ UFF: Glen Tonna
SKORERS: A. Samb 9, H. Kone 17, R. Correa Duarte 21, A. Samb 44, J. De Assis 66, A. Cohen pen. 79 (GU); T. Yokochi 10 (M)
AMMONITI: G. Bohrer Mentz (GU)