Qassis jitneħħa wara li rraporta lilu nnifsu dwar abbuż sesswali li wettaq… Ieħor arrestat

Qassis minn Louisiana tneħħa mill-kariga li kellu wara li hu rrapporta lilu nnifsu lis-superjuri Kattoliċi tiegħu. Ir-rapport hu dwar abbuż sesswali li hu wettaq fuq tfal fis-sena 2013. Organizazzjonijiet li jaħdmu qrib persuni li jkunu sofrew abbuż sesswali minn qassisin, sejħu lill-mexxejja tal-Arċidjoċesi biex ikunu preżenti fost il-membri tal-parroċċa u jħajru aktar persuni jitkellmui jekk għaddew minn sitwazzjonijiet simili.

Ir-Reverendu Patrick Wattingny, mar għand is-superjuri tiegħu u hu informa li kien immolesta tfal fis-sena 2013. Immedjatament l-Arċisqof Gregory Aymond, poġġieh fuq il-lista ta’ qassisin akkużati.

Ġara li imbagħad fl-istess Arċidjoċesi ħareġ li r-Reverendu Travis Clark kien arrestat fuq akkużi ta’ oxxenitajiet man-nisa.

Share With: