Qraba ta’ vittmi tal-Covid-19 b’24 siegħa ċans biex jidfnu lil qrabathom

Wara proċess t’evalwazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-linji gwida fejn jidħol dfin ta’ persuni bil-COVID u li wasslet għar-reviżjoni tal-prassi eżistenti, Malta wkoll, wara evalwazzjoni interna, se tkun qed tirrevedi l-proċess tad-dfin.

Minn issa ’l quddiem, il-familjari ta’ persuni li jkunu mietu bil-Covid-19 se jkollhom ċans sa 24 siegħa biex jidfnu lill-qraba tagħhom. Se jkun possibbli wkoll li jsir funeral, fi knejjes u postijiet ta’ qima, bl-istess regoli li hemm fis-seħħ fil-knejjes bħalissa.

Il-Ministeru tas-Saħħa fi stqarrija maħruġa temm jgħid li mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, pajjiżna dejjem mexa fuq il-linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-ECDC fuq kull aspett. Dan inkluż għad-dfin ta’ persuni li jkunu mietu waqt li jkunu pożittivi bil-Covid-19.

Share With: