Radja Nainggolan jirringrazzja lil dawk li ħadu ħsiebu

“Nirringrazzjakom talli ħadtu ħsiebi. B’xorti ħażina anke jien ninsab pożittiv għall-Covid-19. Issa se nagħmel minn kollox sabiex nirkupra u nerġa’ nkun lest biex nilgħab.”

Dawn kienu l-preċiżi kelmiet tal-plejer ta’ nofs il-ground ta’ Inter, Radja Nainggolan, li mar fuq il-profil tiegħu fuq Twitter sabiex kiteb messaġġ lill-partitarji u ammiraturi tiegħu fi ħdan il-club ta’ Inter. Anke Alessandro Bastoni u Stefan Radu għamlu l-istess ħaġa wara li skoprew li nstabu pożittivi għall-iswab test li għamlu matul din il-ġimgħa.

Nainggolan, li reġa’ rritorna man-Nerazzurri wara staġun misluf ma’ Cagliari, qal li bħalissa jinsab f’iżolament u jinsab f’kuntatt mat-tobba tal-club u l-awtoritajiet tas-saħħa li qed iċemplulu sabiex jaraw kif tinsab il-kundizzjoni tiegħu. 

Inter imisshom jilagħbu d-Derby Della Madonnina kontra  Milan eżatt kif tispiċċa l-waqfa internazzjonali.

Share With: