Rafinha jidra l-ambjent il-ġdid ta’ Pariġi

Hekk kif Rafinha ingħaqad ma’ Paris St Germain fil-bidu ta’ dan ix-xahar, huwa għadu qed jidra l-ambjent il-ġdid tiegħu fil-belt kapitali Franċiża. Bħalissa huwa qed jgħix f’lukanda sakemm imur jgħix f’appartament.

Fil-frattemp, żewġ players Sudamerikani fi ħdan PSG, jiġifieri Neymar Junior u Mauro Icardi, qed jgħinu lil Rafinha jadatta ruħu fl-ambjent il-ġdid tiegħu fejn skont il-ġurnal Le Parisien qed joqogħdu iktar miegħu peress li ilu biss 15-il ġurnata fil-Parc des Princes. 

Neymar jaf sew lil Rafinha minħabba li lagħbu flimkien ma’ Barcelona u peress li hu Brażiljan bħalu qed jgħinu biex jissetilja kemm jista’ jkun malajr.

Rafinha ngħaqad mal-Pariġini b’xejn wara li lagħab għal disa’ snin ma’ Barcelona. Huwa lagħab 29 partita u skorja erba’ goals.

Share With: