Raġel arrestat wara li allegatament darab ieħor waqt argument

Raġel Somalu ta’ 31 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ feriment li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:15 p.m fi Triq il-Makna Tas-Serrar fl-Imsida.

Raġel Etjopjan ta’ 36 sena, residenti l-Imsida, daħal jirraporta fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, li kien ġie aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel ieħor waqt argument li nqala f’ħanut tax-xorb fl-imsemmija triq.

Il-Pulizija tad-Distrett, tar-Rapid Intervention Unit (RIU) u dawk mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan it-Taqsima tar-Reati Maġġuri marru minnufih fil-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u bdiet it-tfittxija għar-raġel involut fl-agressjoni. Huwa ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

L-Etjopjan ittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Share With: