Raġel jindarab gravi wara li waqa’ żewġ sulari f’Għawdex

Raġel ndarab gravi f’inċident li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m fi Triq ix-Xagħri fix-Xagħra Għawdex.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel mill-Ghana u li jirrisjedi f’Marsalforn waqa’ madwar żewġ sulari u ġie f’qiegħ ta’ pixxina vojta.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: