Raġel ma jinstabx ħati ta’ traskuraġni wara li qabdet dgħajsa u nħarqu riġlejn mara abbord

Silvio Zammit, raġel ta’ 35 sena, instab mhix ħati talli kkawża inċident f’ San Tumas ġewwa Marsaskala, liema inċident wassal biex ikkawża ġrieħi ta’ natura gravi fuq mara li kienet abbord fuq id-dgħajsa fil-ħin li seħħ l-inċident.

Il-Qorti semgħet kif dakinhar tal-inċident, l-imputat kien flimkien mal-mara tiegħu jagħmlu preparamenti fuq id-dgħajsa tagħhom biex joħorġu biha. Waqt li r-raġel kien qiegħed jimla t-tank tad-dgħajsa, mar biex jixgħel id-dgħajsa, , seħħet xi spark li “effettivament ħolqot splużjoni kbira, b’dan li konsegwenza weġġgħet gravi u b’mod serju il-mara tiegħu.”

Kruċjali għall-Qorti kienet ix-xhieda tal-Professur Alfred Vella, l-espert tekniku tal-Qorti. Huwa saħaq li dan kien inċident “sfortunat, u mhix wieħed li kien hemm motiv warajh.” Huwa spjega kif, hekk kif kien qiegħed isir it-trasferiment ta’ fuel minn ġewwa kontenitur għal ġewwa t-tank tal-petrol, kien ammont ta’ fuel vapour li nħareġ, f’dak li tqies bħala “proċess normali.”

“Kif startjaw il-mutur tad-dgħajsa, kien hemm spark li wassal biex tqabbad in-nar fuq id-dgħajsa. Konsegwentament, inħarqu idejn u saqajn is-sinjura li kienet fuq dgħajsa.” Vella saħaq li dan il-ħruq seta’ biss jiġi evitat “li kieku meta sar dan it-trasferiment, kien jintuża xi pipe iktar l-isfel biex l-arja ma timteliex bil-fuel kollu.”

“Trasferiment bħal dan hija operazzjoni delikata, ħafna riskji.”

Il-Qorti saħqet kif il-manuvra tar-raġel li jixgħel il-mutur “hija fiċ-ċert li saret ta’ spiss.. dan il-fatt żgur ma kienx hemm negliġenza da’ parti tiegħu, li għamel xi ħaġa ċerti li saret ta’ spiss. “

“Quddiem il-Qorti ma nġiebet ebda prova li l-akkużat għamel xi manuvra mhix tas-soltu, tant li waslet għal spark u splużjoni. Dak li ġara kien inċident li tista’ tipprevedih biss jekk teżerċita kawtela straodinarja.”

Share With: