Rebħa kbira minn Tarxien R. fuq Senglea A.

Minn Cristian Muscat  –  ritratt: Domnic Borg

Senglea Athletic ……0

Tarxien Rainbows ….5

Tarxien Rainbows kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 fuq Senglea Athletic li mmaturat fit-tieni taqsima, li iżda, setgħu aċċertaw qabel il-mistrieħ.

Proprju, fil-21 minuta, huma ġew imċaħħda mill- wieqfa mit-tentattiv ta’ Vanger Conceicao da Silva. Erba’ minuti wara kien imiss lil Jur­gen Debono li jiġi mċaħħad mil-lasta.

Fit-27 minuta, huwa reġ­għu laqtu l-lasta, din id-darba minn xutt mill-viċin tas-Slo­ven, Vito Plut, bil-goalkeeper Matthew Farrugia, imiss il-ballun fit-tentattiv li jdawwar f’corner. 

Iżda fit-30 minuta, ir-Rainbows fetħu l-iskor meta Brandon Muscat xeħet cross perikoluż li ħabat ma’ dahar Nikola Terzin … u l-ballun spiċċa fix-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-team mill-Kottonera ħareġ aktar avventuruż u fis-57 minuta, free-kick ta’ Wilkerson Gomes ġie salvat minn Daniel Marcio Fernandes.

Iżda fis-66 minuta Tarxien ingħataw penalty meta deher kuntatt bejn il-goalkeeper Senglean, Matthew Farrugia, u l-attakkant Vanger Conceicao Da Silva, b’dan tal-aħħar jaqa’ mal-art.

Wara li Farrugia ntwera l-karta s-safra, huwa ġie ordnat iħalli l-ground wara li ġie muri l-karta l-ħamra għal protesti eċċssivi.

Fil-post tiegħu daħal Dorian Bugeja li mill-ewwel ġie megħlub mix-xutt ta’ VANGER DA SILVA CONCEICAO mill-11-il metru.

Fid-79 minuta, l-istess VANGER kompla żied il-vantaġġ għar-Rainbows b’xutt minn pożizzjoni angolata biex rreġistra doppjetta.

Fid-90 minuta, huma skor­jaw ir-raba’ goal meta Vanger Da Silva Conceicao xeħet cross fil-baxx li tkompla għal ġewwa minn Alan Abela biex ikkommetta auto-goal.

Fil-ħin miżjud ir-Rainbows issiġillaw ir-rebħa  per­mezz ta’ xutt ta’ VITO PLUT lejn is-saqaf tax-xibka.

SENGLEA A.: 1-Matthew Farrugia, 4-Nikolai Terzin, 5-Zachary Cassar, 6-Alan Abela, 9-Kevaughn Atkinson (28-Luca Brincat 86), 11-Igor Misan, 17-Jan Tanti (7-Firas Aboulezz 61), 18-Luis Carlos Riascos (29-Dorian Bugeja 69), 21-Chris Zwivhuya Matombo (19-Daneel Abela 61), 27-Dejan Kukic, 89-Wilkesron Gomes (3-Joseph Attard 86)  – Coach: Ryan Newell

TARXIEN R.: 1-Daniel Marcio Fernandes, 2-Anderson Ca-meiro Do Nascimento, 4-Brandon Muscat, 8-Matthew Spiteri, 9-Vito Plut, 10-Jurgen Debono, 11-Vanger Conceicao Da Silva, 13-Eduardo Souza Rosado, 15-Luke Sciberras (3-Cedric Zahra 83), 16-Karl Pulo, 23-Misael Miranda Gomez (39-Keith Attard 77)   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORERS: N. Terzin 30 o.g., V. Da Silva Conceicao 67 pen, 79, A. Abela 90 o.g., V. Plut 92 (TR)

AMMONITI: E. Rosado Souza, A. C. Do Nascimento (TR), M. Farrugia, N. Terzin (SA)

TKEĊĊA: M. Farrugia 67 (SA)

Share With: