Rebħa meritata għal Floriana b’żewġ goals fl-ewwel taqsima

Minn Cristian Muscat  –  ritratt: Domnic Borg

Gudja U…………………1

Floriana…………………2

Floriana kisbu rebħa meritata b’żewġ goals fl-ewwel taqsima biex għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-1 li min-naħa tagħhom skorjaw fil-ħin miżjud biex ma kienx fadal ħin biex setgħu jsalvaw il-partita.

Din kienet ir-raba’ rebħa tal-Greens li permezz tagħha żammew il-kuntatt mat-timijiet tan-naħa ta’ fuq il-klassifika filwaqt li Gudja ġew imwaqqfa wara li kienu ġejjin minn rebħa fuq Sliema Wanderers.

Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħham ċari mal-ftuħ tal-partita u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor fis-seba’ minuta meta mill-azzjoni ta’ corner ta’ Diego Venancio kien Nicola Leone li għola tajjeb iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-mimduda. Fis-17-il minuta, Il-Gudjuani wieġbu permezz ta’ free-kick ta’ Yuri De Jesus Messias li iżda ntemm barra.

Madankollu tliet minuti biss wara, Floriana fetħu l-iskor meta l-free-kick ta’ Diego Venancio ġie devjat minn Neil Micallef biex qarraq għal kollox bil-goalkeeper tiegħu stess, Glenn Zammit, għal auto-goal sfortunat.

Fit-28 minuta, Gudja wettqu reazzjoni meta xutt minn ta’ Jurgen Farrugia minn barra l-kaxxa ġie newtralizzat mill-goalkeeper tal-Greens, Ini Etim Akpan, li kien qed jirritorna u li din kienet l-ewwel dehra tiegħu fil-kampjonat f’dan l-istaġun.

Iżda fit-38 minuta, Floriana rduppjaw l-iskor meta Diego Venancio indirizza corner mix-xellug fejn JURGEN PISANI permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa mill-viċin.

Żewġ minuti biss wara, Floriana, tilfu ċans tad-deheb li jkomplu jkabbru l-iskor meta Kristian Keqi falla l-mira minn pożizzjoni ideali mill-cross ta’ Venancio.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja United ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jidħlu fil-partita iżda kellhom jistennew sas-70 minuta meta xutt qawwi ta’ Aidan Jake Friggieri minn tarf il-kaxxa ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper Furjaniż.

Fit-80 minuta, il-Gudjani reġgħu resqu viċin meta Gabriel Mensah temm azzjoni fuq il-lemin b’xutt mill-viċin iżda sab lil Akpan attent.

U bil-ħin għaddej, kien fil-ħin miżjud li t-team immexxi mill-coach, Jesmond Zammit, naqqas il-marġni tal-iskor meta Imanol Gonzalez xeħet cross mix-xellug lejn AIDAN JAKE FRIGGIERI li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

GUDJA: 1-Glenn Zammit, 3-Jurgen Farrugia-6 (18-James Brincat 76), Yuri De Jesus Messias, Aidan Jake Friggieri-6.5, Llywelyn Cremona-6, Gabriel Mensah-6.5, Imanol Gonzalez Benac-6, Neil Anthony Micallef-6, Augusto Caseres-6 (9-Tensior Gusman 79), Dale Camilleri-5.5 (27-Justin Grioli 42), Patrick Silva Mota Coach: Jesmond Zammit

FLORIANA: Ini Etim Akpan-6, Enzo Ruiz-6, Diego Venancio-7, Nicola Leone-6 (25-Siraj Eddin Arab 70), Kristijan Keqi-6 (30-Jan Busuttil 81), Brandon Paiber-6 (22-Alex Cini 89), Jurgen Pisani-6.5, Flavio Silva Cheveresan-6 (Ayrton Azzopardi 70), Marcelo Dias-6, Ryan Camenzuli-6, Tiago Adan Fonseca-6 (96-Daniel Agius 89).

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Ivan Galea

RABA’ UFFIĊJAL: Glen Tonna

SKORERS: D. Venancio 20, J. Pisani 38 (F), A. J. Friggieri 92 (G)

AMMONITI: P. Silva Mota, I. Gonzalez Benac (G), S. Eddin Arab (F)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Diego Venancio (Floriana).

Share With: