Rebħa minima għal Balzan fuq Lija A.
Minn Cris Muscat – ritratt: Christine Borg
Balzan ………1
Lija Ath. ……0
Balzan kisbu rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 fuq Lija Athletic. Kienet partita li ftit li xejn offriet spettaklu b’Balzan jieħdu dak li riedu biex baqgħu jżommu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuq.
Min-naħa l-oħra, għalkemm ħarġu fuq in-naħa telliefa, wieħed ma jistax ma jfaħħarx il-wirja ta’ Lija li f’bosta ħinijiet, speċjalment fit-tieni taqsima, qasmu l-logħob mal-avversarji.
Għall-Athletics irritorna l-Albaniż Erjon Beu wara li rkupra minn injury.
L-ewwel 20 minuta kienu ferm kwieti u neqsin minn kull emozzjoni, iżda tliet minuti wara, Balzan fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża meta l-Franċiż MOUSSA KAMARA minn pożizzjoni ideali spara fix-xibka.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-37 minuta, resqu viċin li jirduppjaw meta Eric McWoods qabeż difensur qabel ma kellu x-xutt fil-baxx jiġi salvat minn mal-art mill-goalkeeper Luke Bonnici.
Lija wieġbu għall-ewwel darba fl-54 minuta permezz ta’ free-kick ta’ Erjon Beu li għadda ferm għoli mil-lasti difiżi mill-goalkeeper Sean Mintoff.
Huma komplew jipproduċu logħob sabiħ u fid-69 minuta tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta wara taħwida fil-kaxxa, Neil Micallef minn taħt il-lasti għamel l-impossibbli meta kellu t-tentattiv tiegħu jispiċċa għoli.
Fit-78 minuta, reġgħu kienu Balzan li ħolqu l-periklu meta Suleiman Jalu ttanta xortih permezz ta’ xutt angolat mid-distanza li iżda għadda ftit barra.
Fit-88 minuta, Balzan tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tieni goal meta il-Britanniku McWoods minn qagħda ferm ideali ħareġ l-aħjar ta’ Luke Bonnici li dawwar tajjeb f’corner biex salva goal ċert.
BALZAN: 1-Sean Mintoff, 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech, 9-Eric Lemond Mc Woods, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina (15-Michael Johnson 79), 18-Uros Ljubomirac, 20-Suleiman Jalu (17-Alfred Effiong 79), 50-Weverton Gomez Souza, 99-Moussa Kamara – Coach: Mark Miller
LIJA A.: 12-Luke Bonnici, 2-Carl Joseph Cassar, 6-Daniel Scerri (14-Ryan Dalli 71), 7-Erjon Beu, 8-Neil Micallef, 10-Javier Brandan Fernando, 18-Ryan Darmanin, 22-Juan Cruz Gill, 26-Clayton Giordmaina, 55-André White, 84-Valdo Goncalves Alhinho – Coach: Joseph Galea
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Ivan Galea
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORER: M. Kamara 23 (B)
AMMONITI: A. White, J. B. Fernando (LA), S. Jalu (B)