Reġistrata żieda fil-każi ġodda; 65 każ ġdid u jirkupraw 43 persuna

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġgħu raw żieda għal darb’oħra, b’65 każ ġdid minn 2,108 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 43 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 455 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 10 każi ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, seba każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u żewġ każi li kienu importati.

Share With: