Rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 f’jum wieħed

OFFICIAL COVID-19 figures for 14•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, 14 October 2020

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu 111-il każ ġdid minn 2,761 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 52 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 940 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 30 każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, sitt każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u każ minn cluster f’Paceville.

Qabel illum, l-aktar ġurnata li fiha kienu rreġistrati każi ġodda kien fis-16 ta’ Settembru meta kienu rreġistrati 106 każi.

Share With: