Roma xtaqu jakkwistaw lil Mehmet Celik

Roma kienu qed jevalwaw sew il-progress tad-difensur ċentrali Tork, Mehmet Zeki Celik. Huwa għandu 23 sena u jinsab reġistrat fuq il-kotba ta’ Lille. Dan il-plejer lagħab 74 partita mat-tim li jilgħab fil-Ligue 1 Franċiża u skorja żewġ gowls filwaqt li wettaq tmien assists.

Minkejja dan l-interess li wrew fih id-diriġenti Giallorossi, pront waslet ir-risposta tal-coach ta’ Lille, Christope Galtier, li rrifjuta kull tip ta’ ftehim jew idea ta’ trasferiment meta qal li l-player jinsab fil-pjani futuri tiegħu. 

L-għan tal-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, kien dak li jsib difensur fin-nofs li jaqdi dan id-dipartiment tant importanti iżda minkejja l-isforzi kollha tagħhom, huma baqgħu b’xejn.

Share With: