Rooney player/coach ma’ Derby?
Teżisti possibbiltá li Wayne Rooney jista’ jkun il-coach il-ġdid ta’ Derby County li bħalissa huma mmexxija mill-ex leġġenda Olandiża, Philip Cocu, għalkemm xejn ma bdew tajjeb fiċ-Championship meta kisbu biss tliet punti minn erba’ logħbiet. Fil-fatt huma tilfu tliet konfronti.
B’hekk l-ogħla awtoritajiet tal-club qed jaħsbuha serjament li jagħtu dan ir-rwol lil ħRooney li b’hekk ikun fir-responsabbilta ta’ player/coach. Huwa ilu jilgħab ma’ dan il-klabb sa mill-bidu ta’ din is-sena u skorja sitt goals f’24 partita.