Sa €2,000 għal kull koppja li tilfu depożiti minħabba posponimenti tat-tieġ kawża tal-pandemija

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investimenti u l-Intrapriżi żgħar Silvio Schembri aktar kmieni tkellem dwar il-miżura tal-gvern fil-pjan ta’ riġenerazzjoni mħabbar fl-aħħar ġimgħat li titratta t-tiġijiet.

Schembri tkellem dwar il-posponiment tat-tiġijiet minħabba l-pandemija, b’koppji jitilfu d-depożitu tagħhom u għalhekk b’inizjattiva tal-gvern ġew investiti €2 miljun.

Kull koppja tista’ tibbenefika sa €2,000 u l-applikanti jistgħu japplikaw darba biss. Dawk li ċ-ċerimonja kienet oriġinarjament skedata bejn it-8 ta’ Marzu u 30 ta’ Settembru ta’ din is-sena jistgħu japplikaw għal din l-iskema.

Din l-iskema qed issir għax kulħadd kellu jaddatta minħabba direttivi ġodda li nħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar xahar.

Tkellem dwar il-kategoriji li tista’ tgħid jolqtu kollox fosthom, ħwejjeġ, xahar, karozzi, kant, swali, etċ.

Schembri qal li din l-iskema kellha tkun mill-aktar faċli u din il-miżura se tkun qed tingħata apparti miżuri oħra li diġà jeżistu.

Il-proċess tal-applikazzjonijiet huwa wieħed faċli u d-dokumenti neċessarji għandhom jgħaddu online sabiex koppja tkun tista’ tibbenefika minn din l-iskema.

X’dokumenti għandek bżonn?

-Kopja tal-invoices oriġinali u rċevuti ta’ depositi mħallsa

-Kopja ta’ rċevuti finali fiskali tax-xorb, ikel u servizzi oħra

-kopja tal-kuntratt oriġinali u emendi li setgħu saru 

-Dikjarazzjoni ta’ min kien se joffri s-servizz jew il-bejjiegħ li jkun żamm id-depożitu oriġinali.

Il-ħlas se jkun qed isir f’kont bankarju skont kif indikat mill-istess applikat.

Share With: