Sejba ta’ kważi 319,000 sigarett tal-kuntrabandu f’Ħal Qormi

Waqt ħidma konġunta bejn uffiċjali tad-dwana u dawk mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit ġew elevati 318,940 sigarett tal-kuntrabandu minn vettura u tliet garaxxijiet f’Ħal Qormi.

Kien proprju lbieraħ meta l-uffiċjali tal-infurzar segwew vettura li ħalliet Ħal Qormi u talbet għall-assistenza tal-uffiċjali mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit biex tiġi interċettata l-vettura.

Il-vettura kienet mwaqqfa f’Ħal Għaxaq u saret it-tfittxija fiha fejn instabu 89,600 sigarett. Ir-raġel kien arrestat fil-post u bdiet investigazzjoni minnufih. Sussegwentament saret tfittxija f’żewġ garaxxijiet, bar u l-istore tiegħu li jappartjenu għal żewġ persuni li għandhom konnessjoni mar-raġel arrestat aktar qabel fejn instabu 229,340 sigarett oħra. Dawn iż-żewġ persuni kienu wkoll arrestati.

Share With: