Sergio Ramos se jitlaq lil Real Madrid?

Juventus u Paris Saint-Germain se jkunu qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tad-difensur veteran Spanjol Sergio Ramos. Dan tal-aħħar se jiskadilu l-kuntratt mal-club tiegħu Real Madrid u qed jaħsibha serjament biex fl-aħħar ta’ dan l-istaġun jitlaq minn Estadio Santiago Bernabeu.

Għalkemm dan il-player qed itella’ u jniżżel x’għandu jagħmel, rapporti fil-mezzi tax-xandir Spanjoli qed jgħidu li jekk il-Bianconeri jew il-Pariġini joħorġu b’offerta tajba, kapaċi jiksbu s-servizzi tiegħu.

Ramos għandu 34 sena u ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2005 fejn lagħab 459 partita u skorja 71 goal.

Share With: