Sitt xhur ħabs talli għamel użu minn passaport falz

Ramone Watra ta’ 18-il sena mill-Kosta tal-Avorju kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li s-Sibt li għadda kellu fil-pussess tiegħu u għamel użu minn passaport falz.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli aktar kmieni llum fejn wieġeb ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih. Fil-Qorti ħareġ ukoll li Watra kien ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Christian Abela. L-Avukat Simon Micallef Stafrace deher għal Watra.

Share With: