Sliema W. waħedhom fit-tieni post

Minn Cristian Muscat  –  ritratt: Domnic Borg

Senglea A. …….0

Sliema W. ….….2

Sliema Wanderers telgħu waħedhom fit-tieni pożizzjoni meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 2-0 biex filwaqt li baqgħu jżommu l-pass mal-leaders Hamrun Spartans, is-Sengleani baqgħu ankrati f’qiegħ il-klassifika.

Peró, fis-17-il minuta, il-Wanderers qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Sylvano Cornvalius permezz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Dejan Kukic.

Iżda għalkemm bi player inqas, seba’ minuti wara huma irnexxielhom jirbħu penalty meta Dejan Kukic waqqa’ lil Gilmar da Silva Riberio fil-kaxxa biex l-istess attakkant Brażiljan ma żbaljax mill-11-il metru.

It-team mill-Kottonera wieġeb fis-36 minuta meta Chris Matombo għadda taj­jeb lejn Junior Dibola Diwoto li kellu x-xutt tiegħu devjat f’corner.

Mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra, is-sostitut Jean Paul Farrugia wara li rċieva tajjeb mingħand Gilmar kellu x-xutt mill-viċin salvat tajjeb mill-goalkeeper Matthew Farrugia.

Erba’ minuti wara, kellu jkun l-istess Jean Paul Farrugia li joħloq il-periklu għall-Wanderers meta din id-darba temm azzjoni personali permezz ta’ xutt qawwi li ġie mdawwar f’corner minn Farrugia.

Fl-54 minuta, il-Wanderers irduppjaw meta Gilmar żmarka lil JEAN PAUL FARRUGIA b’dan javvanza fil-kaxxa qabel għeleb lil Farrugia permezz ta’ xutt b’saħħtu.

Fil-ħin miżjud l-Athletics tkeċċielhom Junior Dibola Diwoto wara li kkommetta foul professjonali.

SENGLEA A.: 1-Matthew Farrugia, 5-Zachary Cassar, 6-Alan Abela, 7-Firas Aboulezz (11-Igor Misan 46), 9-Kevaughn Atkinson (19-Daneel Abela 61), 18-Luis Carlos Riascos, 20-André Scicluna (66-Lee Galea 12), 21-Chris Zwivhuya Matombo (17-Jan Tanti 61), 24-Junior Dibola Diwoto, 27-Dejan Kukic, 89-Wilkseron Gomes  – Coach: Ryan Newell

SLIEMA W.: 22-Jake Galea, 10-Gilmar Da Silva Ribeiro, 11-Juri Cisotti, 21-Danny Holla, 23-Ruslan Kisil (30-Jean Paul Farrugia 26), 24-Gabriel Aquilina, 44-Arthur Cunha Da Rocha, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic, 99-Sylvano Cornvalius – Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Thomas Debono, James Muscat

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: G. Da Silva Ribeiro pen. 24, J. P. Farrugia 54 (SW)

AMMONITI:  L. C. Riascos, K. Atkinson (SA)

TKEĊĊEW:  S. Cornvalius 17 (SW), J. Dibola Diwoto 92 (SA)

Share With: