Sliema Wanderers idawru telfa f’rebħa fit-tieni taqsima

Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg

Birkirkara………………1

Sliema W……………….2

Permezz ta’ wirja determinanti, Sliema Wanderers dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima. B’hekk huma telgħu fil-quċċata tal-klassifika bi 13-il punt – punti flimkien ma’ Gzira United, Hibernians u Hamrun Spartans.

Kienu l-Wanderers li ħarġu fuq l-offenisva u wara disa’ minuti, freekick insidjuż ta’ Sylvano Comvalius stampa mal-mimduda.

Ħames minuti wara huma qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa  Riki Kakinuma permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah fuq Paul Mbong.

Iżda għalkemm bi player inqas Sliema xorta waħda bdew jirbħu l-inizjattiva u fit-33 minuta Juri Cisotti kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin salvata b’diffikultá minn Guarnone megħjun mill-wieqfa.

Fil-35 minuta kien imiss lil Birkirkara li jispiċċaw jilagħbu bi player inqas meta din id-darba tkeċċa Francesco Verde wara li rċieva it-tieni karta safra.

Fl-44 minuta, il-Wanderers reġgħu kienu sfortunati meta laqtu l-lasta għat-tielet darba f’din it-taqsima, meta Myles Beerman xeħet cross għan-nofs b’Comvalius jogħla fuq kulħadd iżda kellu t-tentattiv tiegħu salvat minn Guarnone megħjun mill-wieqfa wkoll.

Minuta biss wara, l-Istripes fetħu l-iskor meta Alex Da Paixao Alves għadda tajjeb lejn Federico Falcone li kellu x-xutt jiġi salvat parzjalment mill-goalkeeper, Jake Galea, bil-ballun iżda jaħbat ma’ Kurt Shaw u jintemm ġewwa, biex b’hekk irriżulta f’auto-goal sfortunat.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu meta minn azzjoni ta’ , Claudio Bonanni kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn qagħda ideali tintemm ftit barra.

Fid-59 minuta, il-Wanderers wettqu reazzjoni u meritatament ġabu l-iskor indaqs meta Dejan Vukovic xeħet cross mil-lemin għan-nofs b’SYLVANO COMVALIUS jantiċipa lid-difiża tal-Istripes u jegħleb lil Guarnone.

Fit-80 minuta, is-Slimiżi skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ freekick, JEAN PAUL FARRUGIA, kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa biex ta tliet punti importanti lit-team tiegħu.

BIRKIRKARA: 26-Alessandro Guarnone, 8-Paul Mbong (11-Kurt Zammit 74), 10-Roderick Briffa, 14-Yannick Yankam, 17-Reginald Mbu Alidor, 20-Federico Falcone, 21-Francesco Verde, 22-Cain Attard, 23-Claudio Bonanni, 30-Alex Da Paixao Alves (7-Luke Montebello 66), 77-Isaac Toah Ntow Coach: André Paus

SLIEMA W.: 22-Jake Galea, 5-Kurt Shaw, 11-Juri Cisotti, 21-Danny Holla (18-Edmond Agius 20), 24-Gabriel Aquilina, 25-Riki Kakinuma, 29-Oscar Antonio Linton Bethancourt, 30-Jean Paul Farrugia, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic, 99-Sylvano Comvalius (15-Denilson Pereira Neves 80) Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Matthew De Gabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Darko Stankovic

RABA’ UFFIĊJAL: Andrea Sciriha

SKORERS: K. Shaw og 45 (B), S. Comvalius 59, J. P. Farrugia 80 (S)

TKEĊĊEW: R. Kakinuma 14 (S), F. Verde 35 (B)

AMMONITI: F. Verde (2), R. Briffa (B), E. Agius (S)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Juri Cisotti (S)

Share With: