Somalu jinqabad f’dar minn pulizija li jgħix fiha

Żagħżugħ ta’ 27 mis-Somalja li m’għandux indirizz fiss fejn joqgħod baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli li sgassa appartament u pprova jisraq minnu.

Bashir Abdulahi Ahmed kien mixli li fil-21 ta Ottubru li għadda pprova jisraq mill-appartament tal-koppja Wilfred u Sylvana Pace u li rreżista lil binhom Neil li huwa pulizija.

L-Ispettur Jonathan Cassar, li investiga l-każ, spjega lill-Maġistrat Nadine Lia kif it-tifel tal-koppja sema ħoss, qam u sab lis-Somalu fuq is-sufan fejn żammu sakemm ġew il-pulizija u arrestaw.

Għalkemm Ahmed wieġeb mhux ħati l-Avukat Mark Mifsud Cutajar, li deher għalih, m’għamel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest peress li m’għandux indirizz fiss fejn joqgħod.

Share With: