Sophie terġa’ taqbad flus mhux dikjarati

F’temp ta’ ħamest ijiem il-kelba tad-Dwana bl-isem Sophie reġgħet għamlet sejba oħra ta’ flus mhux dikjarati.

Kien sbieħ it-Tnejn meta l-kelba kienet innutata xxammem f’karozza ta’ żewġ passiġġieri Franċiżi hekk kif dawn kienu se jaqbdu l-vapur lejn Sqallija. L-uffiċjali tad-Dwana staqsew lill-koppja jekk kinitx qed iġġorr ammont kbir ta’ flus u hija sostniet li kellha fuqha €20,000.

Bil-liġi ta’ Malta u l-UE persuna mhijiex obbligata tinforma lill-awtoritajiet jekk tkun qed iġġorr €10,000 jew anqas. Madankollu meta l-uffiċjali tad-Dwana fittxew fil-karozza sabu €21,850 fuq ir-raġel u €21,950 fuq il-mara.

Il-koppja ħallset il-multa li permessa bil-liġi biex evitat li titressaq fil-Qorti mill-Pulizija. Fil-qabda l-oħra li kienet involuta fiha Sophie d-Dwana sabet €43,800 mhux dikjarati.

Mill-bidu ta’ din is-sena t-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana kienet strumentali biex inqabdu €556,182 mhux idkjarati f’34 każ separat.

Share With: