Sophie twassal biex jinstabu aktar minn €11,000 fi flus kontanti mhux dikjarati

Sophie l-kelba tad-Dwana kienet fundamentali biex ġew elevati ’l fuq minn €11,000 fi flus kontanti mhux dikjarati. Sophie indikat passiġġiera li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul waqt proċeduri ta’ rutina. Dan huwa r-raba’ każ fejn ġew elevati flus kontanti mhux dikjarati fi ftit jiem.

Meta ġiet mistoqsija dwar l-ammont ta’ flus li kienet qed iġġorr, il-passiġġiera qalet li kellha preċiżament l-ammont permess mil-liġi, jiġifieri €10,000.

Madankollu minn tfittxijiet ulterjuri li saru rriżulta li b’kollox il-passiġġiera kienet qed iġġorr €11,380 fi flus kontanti mhux dikjarati.

S’issa matul ix-xahar ta’ Ottubru t-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus interċetta €77,750 fi flus kontanti mhux dikjarati f’sitt każi separati.

Share With: