Southgate jispjega ruħu dwar l-esklużjoni ta’ xi players

Wara l-logħba li t-team nazzjonali Ingliż lagħab kontra Wales, tkellem il-coach Gareth Southgate mhux biss dwar din il-partita iżda wkoll dwar l-esklużjoni ta’ tliet players mill-iskwadra tiegħu. Fil-fatt Tammy Abraham, Ben Chilwell u Jadon Sancho, ma ġewx mgħajta minn Southgate wara l-imġieba tagħhom ftit tal-jiem ilu meta l-istess Abraham organizza festin u stieden lil dawn iż-żewġ plejers.

Dan kollu ma kienx aċċettabbli għal Southgate li kkritika bl-aħrax lil dawn it-tliet plejers b’mod partikolari minħabba li kisru l-protokoll li ftiehmu magħhom l-assoċjazzjoni tal-football Ingliż. 

Southgate qal li mhux aċċettabbli li jkollok min jikser ir-regoli speċjalment f’dawn iż-żminijiet xejn sbieħ li qed ngħixu fihom.

Share With: