Sta Lucia jsalvaw ir-riżultat fl-aħħar

Ritratt: Christine Borg

Sta Lucia ……1

Valletta ……..1

Goal żewġ minuti mit- tmiem ta punt prezzjuż lil Santa Lucia hekk kif huma żammew lil Valletta fi draw ta’ 1-1. Dan huwa riżultat ieħor pożittiv għat-team immexxi minn Oliver Spiteri wara r-rebħiet fuq Tarxien Rainbows u Floriana.

Min-naħa l-oħra, dan ir- riżultat kien daqqa ta’ ħarta oħra għal Valletta li kienu qegħdin jimmiraw għat-tliet punti wara telfa kontra Gżira u draw ma’ Hibernians.

Fil-bidu Valletta gawdew mill-inizjattiva u wara tmien minuti logħob, minn corner ta’ Alba, Santiago Malano kellu daqqa ta’ ras mdawra f’corner minn Andreas Vella.

Fit-28 minuta, Santa Lucia rrispondew b’azzjoni bejn Tachikawa u Michael Camilleri, b’dan tal-aħħar ikollu t-tentattiv salvat minn Bonello.

Fil-31 minuta, Valletta kienu sfortunati meta Malano ġie mċaħħad mill-mimduda u żewġ minuti wara minn cross ta’ Rosero, Tachikawa falla għal ftit minn quddiem il-lasti. Fis-36 minuta, il-Luċjani reġgħu marru viċin permezz ta’ free-kick ta’ Ante Rosero li għadda jħakkek mal-wieqfa.

Fit-42 minuta, Valletta fetħu l-iskor. Kien free-kick ta’ Miguel Angel Alba li minnu ESLIT SALA bir-ras tefa’ ġewwa mill-viċin.

Wara bidu kwiet fit-tieni taqsima, Santa Lucia kellhom azzjoni tajba fl-74 minuta fejn Ante Rosero għadda l-ballun lejn Tachikawa fuq ix-xellug u x-xutt ta’ dan ġie mblukkat minn Bonello, Alan da Silva Souza ħa r-rebound imma minn qagħda tajba tefa’ għoli.

Żewġ minuti wara Taylon għadda l-ballun lil Marukawa fuq il-lemin bil-konklużjoni tiegħu tiġi mblukkata minn Vella.

Meta kollox deher li Valletta kienu resqin lejn ir-reb­ħa, żewġ minuti mit-tmiem Sta Lucia kisbu d-draw minn  KEVIN ANTE ROSERO li daħal għar-rebound wara li Kevin Correa laqat il-lasta b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner.

Sta Lucia: 1-Andreas Vella, 2-Timothy Tabone Desira, 4-Andre Fausto Prates Rodrigues, 6-Kevin Correia, 10-Alan da Silva Souza (27-Andreas Vella 89), 11-Kevin Ante Rosero, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 21-Michael Camilleri (8-Leandro Wallace Motta dos Santos 63), 22-Jamie Zerafa, 88-Rei Tachikawa, 98-Kieran Xuereb (14-Romario Camilleri 86) – Coach: Oliver Spiteri

VALLETTA: 1-Henry Bonello, 6-Triston Caruana, 8-Santiago Malano, 18-Enmy Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa, 20-Taisei Marukawa (36-Ryan Fenech 81), 21-Eslit Sala, 22-Nicho­las Pulis (9-Taylon Correa Marcolino 35), 24-Rowen Muscat, 27-Miguel Angel Alba (11-Shaun Dimech 67), 89-Mario Fontanella (5-Ryan Camilleri 81) – Coach: Jesmond Zerafa

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Luke Portelli, James Muscat

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: E. Sala 41 (V); K. Rosero 88 (SL)

AMMONITI: N. Pulis, R. Muscat (V); J. Zerafa (SL)

Share With: