“Studjaw … Nemmen li l-età tal-edukazzjoni obbligatorja għandha titla għal 18-il sena”

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq il-programm PJAZZA fuq one television, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ lill-istudenti biex jibqgħu jistudjaw.

Huwa qal li għalkemm il-viżjoni tiegħu teħtieġ imbuttatura mill-istat biex jgħin studenti li ġejjin minn stratifikazzjoni baxxa fis-soċjetà.

Muscat qal li jemmen li l-età tal-edukazzjoni obbligatorja għadha titla għal 18-il sena. Qal li għalkemm hija viżjoni li jemmen ħafna fiha, jibża’ li uħud minn dawn l-istudenti li ta’ 16-il sena joħorġu biex jgħinu lill-ġenituri tagħhom li jekk ikunu single parents jafu jbatu ħafna finanzjarjament, “Il-flus imorru u jiġu, dak li titgħallem matul ħajtek ma titilfu qatt”.

Share With: