Tafu kif tistgħu tpejpu u tibqgħu bil-maskra?

Dan il-każ tqajjem fil-Parlament

Id-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, watt li tkellmet fid-diskussjoni dwar l-istqarrija ministerjali b’rabta mal-Covid19 staqsiet għaliex il-Gvern qed jippermetti lil dawk li jpejpu li jneħħu l-maskra waqt li jkunu qed ipejpu. Dwar dan wieġeb il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne li qal li hu għadu ma jafx b’xi sistema li tippermetti li dak li jkun jpejjep bil-maskra f’wiċċu. Hu talab lil Comodini Cachia biex jekk taf hi tgħidlu kif dan jista’ jsir.

Share With: