Tifel isofri ġrieħi gravi wara li jittajjar f’San Ġwann

Tifel Sirjan ta’ tmien snin sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar f’San Ġwann. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. fi Triq in-Naxxar.

Mill-ewwel investigazzjonijet tal-Pulizija jirriżulta li t-tifel intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Raħa; Ġdid.

Tim mediku assista lit-tifel fuq il-post li wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Share With: