Tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġiet akkużata li għamlet użu ta’ kompjuter b’kodiċi ta’ dħul u password ta’ persuna oħra

Rumena ta’ 26 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li llum tressqet il-Qorti t’Għawdex akkużata li għamlet użu ta’ kompjuter b’kodiċi ta’ dħul u password ta’ persuna oħra. Il-mara ġiet akkużata wkoll li għamlet użu minn kompjuter b’kodiċi ta’ dħul u ‘password’ ta’ persuna oħra, kif ukoll użat l-istess tagħmir mingħajr awtorizzazzjoni u għamlet kopja jew immodifikat data jew dokumentazzjoni għad-dann tal-vittma.

Ulterjorment hija kienet akkużata wkoll li għamlet użu minn apparat ta’ komunikazzjoni elettroniku biex heddet lill-vittma, li tat fastidju, li kkaġunat biża’, li għamlet vjolazzjoni oħra kontra l-proprjetà tal-vittma, u kif ukoll ikkaġunat ħsara lill-vittma.

Il-mara wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Share With: