Titħabbar il-mewt tad-difensur żagħżugħ ta’ Manchester City Jeremy Wisten

Il-football Ingliż jinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt tad-difensur żagħżugħ ta’ Manchester City Jeremy Wisten. Dan tal-aħħar kellu biss 17-il sena u kien parti mill-akkademja fl-Etihad Stadium bl-aspirazzjoni li xi darba jilgħab mat-tim tal-kbar.

Fi stqarrija li ħarġet fuq is-sit elettroniku tal-club minn Manchester intqal kemm dawk kollha involuti fil-club jinsabu f’dieqa kbira għall-mewt ta’ dan il-player filwaqt li taw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Il-player, li twieled fil-Malawi, il-ġimgħa l-oħra ġie rilaxxjat minn Manchester City. Hu ħadha bi kbira ħafna għax xtaq jibqa’ jilgħab ma’ dan il-club. Eventwalment inħakem minn dipressjoni qawwija li bagħtitu lura ferm.

Wisten ingħaqad ma’ Manchester City fis-sena 2016 meta kellu 13-il sena bil-familja tiegħu li ħalliet pajjiżha sabiex tmur tgħix fl-Ingilterra. Hu lagħab ukoll mat-tim ta’ taħt it-18-il sena għalkemm fl-aħħar ġimgħat, il-plejer naqas li jimpressjona tant li ma deherx li se jibqa’ fil-pjani tal-klabb għax-xhur li ġejjin.

Żewġ players li kienu jilagħbu miegħu jiġifieri Cole Palmer u Tommy Doyle sellmu l-memorja ta’ dan il-plejer żagħżugħ u fissru kemm kien bniedem tal-affari tiegħu.

“Se nħossu ferm in-nuqqas tiegħek. Postok hu fil-ġenna fejn int se tibqa’ tkellimna wara xi logħba li nkunu lgħabna. M’aħna se ninsewk qatt,” kien il-messaġġ li dawn iż-żewġ plejers xtaqu jgħidu lill-istess Wisten.

Sadanittant anke ż-żewġ players ta’ Manchester City, jiġifieri Raheen Sterling u Aymeric Laporte, kitbu fuq il-profil rispettiv tagħhom fuq Instagram dwar din il-mewta traġika. Huma fissru li kienu jkellmu lil dan il-player li bl-edukazzjoni kollha kien joqgħod jistennihom wara s-sessjoni ta’ taħriġ u ftakru kemm kien ikun ferħan li jitkellem magħhom fuq il-football.

Share With: