Tliet persuni jinqatlu f’attakk terroristiku fil-bażilika ta’ Notre-Dame

Tliet persuni nqatlu f’attakk b’sikkina fil-belt Franċiża ta’ Nice. Is-Sindku tal-eblt Christian Estrosi qal li kollox jindika li dan kien “attakk terroristiku fil-bażilika ta’ Notre-Dame”.

Il-Pulizija qalu li mara sfat b’għonqha mħanxar fl-attakk, filwaqt li Estrosi li f’kummenti li ta Estrosi għamel referenza għal “faxxiżmu Iżlamiku”. Il-persuna suspettata li wettqet l-attakk ġie arrestat ftit wara l-attakk.

F’kummenti li għadda lill-midja s-sindku qal li s-suspettat “għajjat kemm-il darba ‘Allahu Akbar’ meta kien qed jingħata kura fuq il-post”.

Estrosi qal li wieħed mill-vittmi kien il-kuratur tal-bażilika. Il-Ministru għall-Intern ta’ Franza appella lin-nies biex tevita ż-żona fiċ-ċentru tal-belt. 

L-Assemblea Nazzjonali Franċiża osservat minuta ta’ silenzju, bil-Prim Ministru Franċiż Jean Castex dak il-ħin kien qed jagħti dettalji dwar il-miżuri ta’ lockdown tal-Covid-19 li se jkunu qed jidħlu fis-seħħ aktar tard illum.

“Mingħajr ebda dubju din hija sfida serja li qed tolqot lill-pajjiż,” huwa tenna filwaqt li appella għall-għaqda.

Share With: