Tliet players iġeddu ma’ Barcelona

Il-ġganti Spanjoli Barcelona qed jaħdmu biex iġeddu l-kuntratti ta’ xi wħud mill-players tagħhom. It-team mill-Katalunja għadu kemm laħaq ftehim sabiex id-difensur internazzjonali Spanjol, Gerard Pique, jiffirma għal erba’ snin oħra, il-goalkeeper Ġermaniż, Marc Andre Ter Stegen, iġedded sas-sena 2025 filwaqt li l-midfielder Olandiż Frenkie de Jong u d-difensur ċentrali Franċiż, Clement Lenglet, iddeċidew li jibqgħu jilagħbu fil-Camp Nou għal sitt snin oħra.

Fi stqarrija, Barcelona laqgħu b’sens ta’ sodisfazzjon din l-aħbar u rringrazzja lill-players għal-lealtá li wrew lejn dan il-club.

Il-coach tal-Blaugrana Ronald Koeman sostna li dawn il-players huma parti importanti mill-iskema tattika tiegħu u huma wisq importanti fl-iskwadra tiegħu.

Share With: