Tliet żgħażagħ arrestati dwar ħsarat fuq statwa f’Wied il-Għajn

Tliet żgħażagħ ġew arrestati b’rabta ma’ att vandalu li sar fuq statwa reliġjuża li tinsab fil-Park  tal-Familja ta’ Wied il-Għajn. 

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet mit-Taqsima tal-Patrimonju Kulturali fi ħdan l-Iskwadra tar Reati Maġġuri, il-Pulizija identifikat ġuvni ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalità Franċiża, ġuvni ieħor  ta’ nazzjonalità Ingliża ta’ 18-il sena u tfajla Maltija ta’ 17-il sena, li allegatament wettqu dan  ir-reat. 

It-tfajla ġiet arrestata lbieraħ filgħaxija, waqt li ż-żewġ ġuvnitur ġew arrestati illum wara  nofsinhar. 

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-każ seħħ fis-6 ta’ Ottubru li għadda, f’xi d-9:30 a.m. L-istatwa, li tinsab fuq iz-zuntier tal-kappella ddedikata lil Sant’  Antnin ta’ Padova, ġiet ivvandalizzata billi kemm ras l-istatwa Sant’Antnin, kif wkoll ras u idejn  l-istatwa tal-Bambin, tqaċċtu minn posthom. L-istatwa ta’ Sant’Antnin taqa’ taħt l-Att Dwar il Patrimonju Kulturali. 

Waqt l-investigazzjonijiet, il-Pulizija irnexxielha ssib ir-ras tal-istatwa ta’ Sant’Antnin fir residenza fejn jgħixu ż-żewġ ġuvintur. 

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.  

Share With: