Tottenham interessati fi Christian Benteke
Tottenham Hotspur jinsabu interessati fis-servizzi tal-attakkant ta’ Crystal Palace, Christian Benteke wara li tnaqqaslu ċ-ċans li jilgħab b’mod regolari wara l-wasla ta’ Michy Batshuayi mingħand Chelsea.
B’dan f’moħħu, Benteke jidher interessat li jmur jilgħab ma’ club ieħor minn Londra fejn fost l-oħrajn jammira ferm lill-coach Jose Mourinho.
Il-prezz ta’ Benteke huwa wieħed raġjonevoli hekk kif Tottenham qed joffru s-somma ta’ €10 miljun.
Benteke għandu esperjenza vasta hekk kif lagħab ma’ Genk, Standard Liege, Aston Villa, Liverpool u Mechelen.