Tottenham se jtemmu l-perjodu ta’ self ta’ Fernandes

Tottenham Hotspur qed jaħsbuha serjament li jtemmu l-perjodu ta’ self tal-player ta’ nofs il-ground Portugiż, Gedson Fernandes. Dan tal-aħħar ilu ma’ Spurs sa minn Jannar li għadda u minn dakinhar lagħab 13-il logħba iżda qatt ma rnexxielu jsib ix-xibka. Huwa ffirma kuntratt ta’ self għal 18-il xahar u għamel id-debutt tiegħu fil-logħba kontra Watford u li ntemmet fi dro ta’ 0-0.

Minkejja kollox, il-player naqas milli jħalli impressjoni tajba f’Londra u d-diriġenti tal-klabb se jistennew sal-aħħar ta’ dan ix-xahar sabiex jaraw x’se tkun it-triq ‘il quddiem.

Il-club oriġinali ta’ Fernandes huwa dak ta’ Benfica li ilu magħhom sa minn meta kien żgħir. Madankollu huwa jaf li jekk jirritorna f’pajjiżu m’għandux garanzija ta’ football regolari.

Share With: