UCL: Barcelona jegħlbu lil Juventus
Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, fl-aqwa partita Barcelona għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0 biex għandhom punti massimi.
Min-naħa ta’ Manchester United, dawn kisbu l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil RB Leipzig bl-iskor ta’ 5-0.
Grupp E – Minkejja li fallew penalty kmieni fil-partita minn Jorginho, Chelsea xorta waħda warrbu l-isfida ta’ Krasnodar bl-iskor ta’ 4-0.
Il-goals waslu minn Callum Hudson-Odoi (37), Timo Werner (76 pen), Hakim Ziyech (79) u Christian Pulisic (90).
Sevilla laqgħu lil Rennes u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 biex flimkien ma’ Chelsea qed jillidjaw il-grupp. Il-goal importanti wasal minn Luuk de Jong (56)
Grupp F – Il-konfront bejn Club Brugge u Lazio spiċċa fi draw ta’ 1-1. Kien Joaquin Correa (14) li fetaħ l-iskor għal Lazio iżda Hans Vanaken (42 pen) kiseb id-draw għall-Belġjani.
Borussia Dortmund kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Zenit St Petersburg biex baqgħu jżommu l-pass fit-tielet post. L-uniku goal wasal minn Jadon Sancho (77 pen).
Grupp G – Fl-aqwa partita tat-tieni programm, Barcelona marru għand Juventus u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
Ta’ min jgħid li l-Bianconeri kellhom nieqes lill-attakkant Portugiż, Cristiano Ronaldo li għat-tielet darba nstab pożittiv għall-coronavirus.
Il-goals ta’ Barca waslu minn Ousmane Dembele (14) u Lionel Messi (91 pen).
Juventus kellhom lil Merih Demiral (85) imkeċċi għal żewġ karti sofor.
Dinamo Kiev u Ferencvaros spiċċaw 2-2 bl-iskorers ikunu Viktor Tsygankov (28 pen) u Carlos De Pena (41) filwaqt li Tokmac Nguen (59) u Franck Boli (90) kisbu d-draw għall-Ungeriżi.
Grupp H – Paris St Germain insew it-telfa kontra Manchester United meta marru għand Istanbul Basaksehir u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Moise Kean (64, 79).
Fil-partita l-oħra Manchester United kisbu t-tieni rebħa meta għelbu lil RB Leipzig 5-0, b’goals minn Mason Greenwood (21), Marcus Rashford (76, 78, 92) u Anthony Martial (86 pen).