Uffiċjali: Il-President Franċiż iħabbar lockdown mill-ġdid… l-iskejjel u l-fabbriki se jinżammu miftuħin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron għadu kemm ħabbar lockdown nazzjonali għat-tieni darba fi ftit xhur. 

Macron qal li mill-Ġimgħa, in-nies se jitħallew biss joħorġu minn djarhom sabiex imorru għax-xogħol jew minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Huwa qal li sa issa dan il-perjodu se jkun sa Novembru u għalhekk sal-aħħar tax-xahar, negozji bħal ristoranti u bars se jkunu qed jinżammu magħluqin. L-iskejjel u l-fabbriki se jinżammu miftuħin.

Qabel: Il-President Franċiż Emmanuel Macron se jkun qed jindirizza konferenza li fiha se jkun qed jindirizza lin-nazzjon minħabba ż-żieda qawwija ta’ każi ġodda tal-Covid-19.

Il-pajjiż jinsab fit-tieni mewġa ta’ dan il-virus u b’hekk minkejja li għad m’hemm l-ebda konferma, Macron mistenni jħabbar lockdown bil-għan li jrażżan ir-rata tal-infezzjonijiet. Fi Franza qed ikunu rreġistrati aktar minn 350 każ ġdid għal kull 100,000 persuna kull ġimgħa. B’hekk 18 fil-mija ta’ dawk li qed jiġu ttestjati qed jirriżultaw pożittivi għall-virus.

Franza rreġistrat it-tielet l-ogħla rata ta’ mwiet kawża tal-virus b’aktar minn 350,000 persuna jitilfu ħajjithom. Ilbieraħ ġew rreġistrati 523 mewt f’24 siegħa, l-ogħla rata ta’ mwiet fil-pajjiż f’ġurnata sa minn April li għadda.

Share With: