Valletta jiksbu d-double tal-Ewwel Diviżjoni

Ritratt: Christine Borg

Valletta………….16

Marsaskala………6

(3-0, 5-3, 5-2, 3-1)

Valletta xejn ma tħabtu biex rebħu n-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni kontra Marsaskala bl-iskor kbir ta’ 16-6 biex b’hekk irreġistraw id-double. B’hekk b’xi mod pattew għad-diżappunt li ma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-Kampjonat Premier.

Il-Beltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Miguel Zammit, Niki Lanzon u Keith Galea minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar.

Fit-tieni sessjoni huma komplew jiddominaw u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals  ikunu Daniel Paolella, Andrea Bianchi (3) u Michele Stellini.

Min-naħa l-oħra, l-iskorers għall-Iskalin kienu Max Aquilina (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Ryan Mock, u Paul Privitera wkoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Michele Stellini.

It-team mill-kapitali ttrijonfa wkoll fit-tielet sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 5-2 biex b’hekk aċċerta ruħu mir-rebħa. Għalihom skorjaw Michele Stellini, Daniel Paolella (2) biż-żewġ goals  jaslu minn man-up, l-ewwel wara li tkeċċa Ayrton Camenzuli għat-tieni darba u mbagħad meta tkeċċa Paul Privitera, Peter Borg u Miguel Zammit. Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa Daniel Paolella, u Jean Claude Cutajar wieġbu għal Marsaskala.

L-aħħar sessjoni kienet biss formalitá, bil-Beltin jirbħuha bil-punteġġ ta’ 3-1, b’goals minn Keith Galea, Andrea Agius minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar, u Miguel Zammit ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Luca Felice. Min-naħa l-oħra l-uniku goal għal Marsaskala wasal minn Reinhard Attard.

Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-Peter Borg (1), 4-Michele Stellini (2), 5- Andrea Agius (1), 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella (3), 8-Andrea Bianchi (3), 9-Nicholas Farrugia, 10-Miguel Zammit (3), 11-Keith Galea (2), 12-Niki Lanzon (1), 13-Thomas Micallef Coach: Stephen Rizzo

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera (2), 5-Max Aquilina (2), 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-Luca Felice, 10-Jan Culic, 11-Reinhard Attard (1), 12-Dalton Camilleri, 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Referees: Ronnie Spiteri, Alex De Raffaele

Share With: