“Waqt il-baġit kontu qed taqilgħu is-siġar”… għal kull siġra se jitħawwlu 30 ġodda

Id-Deputat Nazzjonalista David Agius, fil-Parlament staqsa lill-Ministru Aaron Farrugia li waqt li kien qed jinqara l-baġit u anke wara, l-Gvern Laburista kien qed jaqla’ s-siġar f’Ħ’Attard b’rabta mal-proġett tas-Central Link.

Il-Ministru Aaron Farrugia, iddikjara li “kieku kont qed nitkellem ma’ xi tifel fuq Facebook nistenniha xi ħaġa bħal din. Din li qed issir din it-tip ta’ mistoqsija hawn ġew ma ħaqqhiex tweġiba.  

Il-poplu iddeċieda li jrid is-Central Link. Trid tiddeċiedi jekk tridux is-Central Link. Dan hu proġett ta’ fejda ambjentali u infrastrutturali.” 

Il-Ministru Farrugia saħaq li “għal kull siġra li nqalgħet twaħħlu tletin oħra ġodda.”

Share With: