WasteServ b’sejħa ġdida għall-offerti għal sensiela ta’ studji, analiżi u rakkomandazzjonijiet għal faċilità ġdida tal-inċineratur

WasteServ tat bidu għall-proċess biex jinbena impjant ġdid għall-iskart kliniku ta’ €50 miljun b’sejħa pubblika għall-istudji, inkluż studji ambjentali, u xogħol ta’ konsulenza. Dan seħħ f’ inqas minn tliet ġimgħat wara li l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li dan l-impjant il-ġdid, li se jkun parti mill-proġett ECOHIVE, ħa jkun qed jieħu post l-inċineratur tal-Marsa.

Il-faċilità l-ġdida se tinkorpora l-aqwa teknoloġiji disponibbli fl-immaniġġjar tal-iskart sabiex tiggarantixxi prestazzjoni ambjentali ideali u b’potenzjal li tiġġenera enerġija nadifa permezz tal-proċess tal-inċinerazzjoni.

Dawk interessati għandhom sal-10 ta’ Novembru biex iressqu l-offerta tagħhom. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jinsabu fuq https://www.wasteservmalta.com/en/tenders.

Aktar informazzjoni fuq il-proġett ECOHIVE tinsab fuq: https://www.ecohive.com.mt/.

Share With: