West Ham iridu lil Joshua King

West Ham United qed jaħsbu fuq il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Norveġiż ta’ Bournemotuh, Joshua King. Dan il-player ta’ 28 sena ilu maċ-Cherries mill-2015 fejn skorja 48 goal f’161 partita.

Il-Hammers se jippruvaw iħallsu s-somma ta’ £17.5 miljun biex jakkwistaw lil dan il-player fis-suq tat-trasferimenti li jmiss f’Jannar li ġej.

King jixtieq ritorn fil-Premier League Ingliż hekk kif Bournemouth qed jilagħbu fiċ-Championship.

Dan kollu jista’ jkun possibbli fejn mistenni jkun hemm ftehim verbali qabel ma jgħaddu dawn it-tliet xhur.

Il-coach ta’ West Ham, David Moyes, jammira ferm il-kwalitajiet tekniċi ta’ King u ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu biex jippruvaw jakkwistawh.

Share With: