“Wieħed mill-vittmi nstema’ jingħi qisu qiegħed jgħajjat għall-għajnuna”

Hekk kif aktar kmieni kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski. Il-delitt kien seħħ nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda. Il-kawża qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia. L-Avukat Noel Bianco u George Anthony Buttigieg qegħdin jidhru bħala avukati difensuri tal-akkużat, filwaqt li Joe Giglio, Roberta Bonello u Maria Claire Ellul qegħdin jidhru bħala avukati parte civile għall-familjari tal-vittma.

Jibda jixhed l-Ispettur Colin Sheldon

Indikazzjoni li muka kien liebes parrokka fil-ħin li daħal fid-dar ta’ Pandolfino

Sheldon xehed kif fit-18 ta’ Ottubru, fl-10:30 p.m, Il-Pulizija tad-Distrett kienu infurmati bi sparaturi ġewwa Tas-Sliema. Sheldon jerġa jagħti deskrizzjoni ta’ dak li ġara dakinhar tal-isparaturi, l-istess xhieda li kien għamel fil-każ tal-persuna l-oħra mressqa fuq il-każ. Sheldon saħaq kif huwa kellu x-xhieda ta’ persuna anonima li saħaq li ra numru ta’ persuni deħlin u ħerġin minn ġewwa d-dar tal-vittma. 

Jidher li muka kien liebes parrokka fil-ħin li daħal fid-dar ta’ Pandolfino. Jidher ukoll li fil-vettura li ntużat is-serqa, intużaw mudell falz ta’ AK-47, kif ukoll mudell falz ieħor ta’ Thompson rifle, li setgħu jintużaw mit-tliet aggressuri fil-ħin tas-serqa.

Il-mandat tal-arrest kienu ħarġu l-Maġistrat Ian Farrugia fil-25 t’Awwissu. Fis-1:15 p.m, l-Albaniż kien arrestat ġewwa l-Furjana. Huwa kien qiegħed jirrisedi ġewwa binja abbandunat fil-Furjana.

Għal-ewwel Muka qal li mhuwiex involut, imbagħad ammetta l-involviment iżda fis-serqa iżda ċaħad dwar il-qtil

Kien hemm marki tas-swaba’ fuq il-vettura VW Tiguain, li kienu jaqblu ma dawk ta’ Muka. Tkellem dwar tliet stqarrijiet meħudin minn Muka; Għall-ewwel beda jgħid storja, imbagħad beda jikkopera. Muka beda jagħmel li jista’ biex jgħid li ma kienx involut. Pero fit-tieni stqarrija lill-Pulizija, huwa ammetta l-involviment tiegħu fis-serqa. Huwa saħaq li ma kienx huwa li qatel liz-żewġ persuni, pero kien involut fis-serqa. Huwa saħaq li ma kienx jaf l-isem taż-żewġ persuni l-oħra involuti. Madanakollu, huwa iddentifika lil wieħed minnhom. Kien iddentifika lil Viktor Dragomanski.

“Jekk ftaħtu l-bieb, inkun korrett li l-ħsara li hemm fuq il-bieb hija l-kaġun tal-Pulizija?”

Dr. Noel Bianco

Mistoqsi mill-Avukat Difensur Dr Bianco fuq jekk il-Pulizija kellhomx jisfurzaw il-bieb biex jidħlu l-ġewwa, l-ispettur wieġeb li iva. “Jekk ftaħtu l-bieb, inkun korrett li l-ħsara li hemm fuq il-bieb hija l-kaġun tal-Pulizija?” L-Ispettur Sheldon saħaq li kien hemm sinjali żgħar ta’ żgass, viċin is-serratura, li kienu jindikaw li kien hemm xi tbagħbis. Daniel Muka kien dak li saq il-vettura lejn il-post. Jiġu esebiti traskrizzjoni tat-tliet stqarrijiet li Muka kien ta lill-Pulizija, kif ukoll kopji tas-CDs.

Mitmuma x-xhieda ta’ Sheldon.

Jixhed ukoll is-Suġrent Ruben Balzan

Balzan saħaq kif fis-27 t’Awwissu, is-sid tar-Regina Auto Dealer spjega li vettura Skoda Felicia, li kienet ipparkjata ġewwa l-Marsa, insterqet waqt li kienu qegħdin jagħtu tindifa. Huwa ma ndunax li l-vettura insterqet u sar jaf biss għax kien mitlub mis-CID jiċċekkja fuq l-istess vettura.

Preżenti wkoll fis-sala hemm membri tal-Familja tal-vittma, uħud minnhom jidhru evidentament jibku u sogħbiena għal dak li qegħdin jisimgħu.

“Il-vittmi kienu mejta, ma stajna nagħmlu xejn xħin wasalna”

Dr Jonathan Joslin

Jixhed Dr Jonathan Joslin, it-tabib li kien mar fuq il-post fejn seħħet is-serqa u li kien ta l-ewwel għajnuna lil Maciewoski u lil Pandolfino dakinhar li seħħet is-serqa.

Iż-żewġ persuni kienu. ċċertifikati mejta fil-post, tant li ċ-ċertifikat inħareġ dak il-lejl stess. It-tabib semma kif fl-Isptar, hemm sistema ta’ protokolli relatati ma ċertu każijiet fosthom sparaturi, attakk ta’ qalb eċċ.

Is-Surġenta Valerie Mifsud, fi ħdan l-Għassa ta’ Tas-Sliema, saħqet kif fit-18 t’Awwissu, kienet ta’ bil-lejl meta fl-10:00 p.m, rċevew telefonata b’ton maskili.

Ir-raġel fuq it-telefonata kien jirrisjedi Locker Street u qal li kien sema’ l-isparaturi. F’telefonata immedjatament wara, raġel ieħor sema’ l-istess sparaturi, u identifika d-dar bħala dik ta Pandolfino.

Il-Puzlija saħqet li hija ltaqgħet ma’ oħt Pandolfino li kienet qiegħda faċċata. Hija talbet l-għajnuna tal-Pulizija għaliex kienet inkwetata għal ħuha.

Is-surġent tikkonferma li ma daħlu l-ebda persuni apparti żewġ membri tal-Pulizja. Tkellmet maz-ziju ta’ Pandolfino, Alfred Debono li jgħix faċċata tad-dar. Debono sema’ ħsejjes, induna li kienu sparaturi, beda jgħajjat u sejjaħ lil wieħed mill-vittmi meta ra tlett irġiel joħorġu b’pass mgħaġġel, iżda mhux jġru mid-dar.

“Wieħed mill-vittmi nstema’ jingħi qisu qiegħed jgħajjat għall-għajnuna”

Ġar tal-vittmi tal-qtil doppju f’Tas-Sliema

Wieħed mill-ġirien tal-vittmi kien sema’ l-isparaturi, kif ukoll sema’ lil wieħed mill-vittmi jingħi, “qisu qiegħed jgħajjat għall-għajnuna.”

Oħt Pandolfino saħqet li hija ma kinitx id-dar fil-ħin tal-isparatura għaliex hija waqfet tixtri l-ġelat lit-tfal tagħha.

Pandolfino nstab mejjet bil-ġiżirajjen tad-deheb, pero s-Surġenta ma tistax tikkonferma jekk kienx hemm uħud minnhom neqsin.Tingħata wkoll kopja tat-traġitt meħud mill-vettura wara s-serqa. Dan jidher mill-filmati, kemm ta Transport Malta, residenzi privati, kif ukoll stabbilimenti kummerċjali.

Jidher ukoll li t-tliet persuni, wara li pparkjaw il-vettura, qabdu taxi Bolt mill-Bus Stop tal-Imsida ħdejn Junior College, lura lejn Tas-Sliema għad-dar ta’ Dragomanski.

Surġent Ryan Mifsud xehed ukoll fuq is-serq tal-vettura bajda VW Tiguian li nsterqet f’Settembru tal-2018. Is-sid tal-vettura jitla jixhed u saħaq li għamel rapport lill-Pulizija.

Share With: