Xokkanti fl-Istati Uniti: Missier jistupra lil bintu ta’ għaxar xhur… Tmut ftit wara

Investigaturi f’Montgomery County, iddikjaraw li milll-investigazzjonijiet li għamlu rriżulta li tarbija ta’ għaxar xhur mietet wara li hi kienet stuprata minn missierha. Irriżulta wkoll li wara dan l-att, il-missier dam siegħa jistenna biex ċempel 911.

Il-missier, Austin Stevens ta’ 29 sena, kienet arrestat u akkużat bl-istupru tat-tarbija u akkużi oħra. Kien is-Sibt meta l-Pulizija issejħu f’Lower  Providence Township f’Pennsylvania fuq rapport li kien hemm tarbija li ma jidhirx li kienet ħajja.

Meta marru l-Pulizija huma sabu lil Stevens u lit-tarbija ta’ għaxar xhur Zara Scruggs. It-tarbija ttieħdet f’Einstein Medical Center Montgomery fejn imbagħad aktar tard ġiet dikjarata mejta.

Share With: