Xufier tal-ambulanza jirriżulta pożittiv … numru ta’ kollegi fi kwarantina

Dan is-sit jinsab infurmat li s-sitwazzjoni fl-emerġenza fl-aħħar jiem reġgħet rat il-bżonn li jittieħdu aktar prekawzjonijiet.

Ix-xufiera tal-ambulanzi huma kontinwament f’riskju li jiġu f’kuntatt ma’ persuni infettati bil-Covid-19. Wara li xi wħud minnhom ġew f’kuntatt ma’ pazjenti pożittivi kompla l-ittestjar fi ħdan id-dipartiment u kien hemm mill-anqas persuna li rriżultat pożittiva. Kien għalhekk li għadd ta’ infermiera u xufiera oħrajn tpoġġew fi kwarantina mandatorja bħala prekawzjoni biex ma jkomplix jinfirex il-virus.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Share With: