Żagħżugħ ta’ 25 sena jlaqqat il-Covid-19 darbtejn … jirkupra mingħajr problemi

Żagħżugħ minn Nevada fl-Istati Uniti tal-Amerika laqqat il-virus tal-Covid-19 darbtejn, bit-tieni darba jkun aktar qawwi mill-ewwel.

It-tobba taż-żagħżugħ qalu li dan kellu jiddaħħal l-isptar minħabba li l-pulmun ma setax jissuplixxi biżżejjed ossiġnu lejn il-bqija tal-ġisem. Il-każi li persuna tlaqqat il-virus dartnejn huma rari ħafna. Fortunatament issa jidher li dan iż-żagħżugħ qed jirkupra tajjeb mill-virus.

Minkejja li dawn huma każi rari, ix-xjentisti xorta waħda qegħdin jistudjaw dawn il-każijiet bir-reqqa biex ikun magħruf kemm il-ġisem kapaċi jibni immunità għal dan il-virus. Ir-raġel imsemmi ma kellu l-ebda problemi ta’ saħħa jew xi problemi fl-immunità li setgħu jagħmluh iktar vulnerabbli għall-virus. Xjentisti li studjaw dan il-każ qalu li l-pazjent laqqat il-virus darbtejn u mhux l-infezzjoni “raqdet” u mbagħad reġgħet feġġet. 

Huma waslu għal din il-konklużjoni wara li ġew analizzati l-kodiċi ġenetiċi tal-virus fiż-żewġ każijiet. Minn dawn irriżulta li dawn kienu differenti ħafna u b’hekk ma setgħux kienu l-istess virus. 

Share With: