Zejtun Corinthians jirreġistraw rebħa storika
Birkirkara ……….………2
Zejtun Corinthians …3
Zejtun Corinthians irreġistraw l-ewwel rebħa fl-ogħla diviżjoni meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-2.
Min-naħa ta’ Birkirkara, dan kien riżultat ieħor diżappuntanti hekk kif sofrew it-tielet telfa minn erba’ logħbiet.
Kienu Zejtun li fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta minn pass ta’ Ricardo Faria, FERNANDO JOSE GOMES JUNIOR ikkontrolla l-ballun tajjeb fuq il-lemin, dar ma’ difensur biex għeleb lil Alessandro Guarnone b’xutt fir-rokna tax-xibka. Ir-reazzjoni Karkariża kienet immedjata u żewġ minuti wara, Bonanni fetaħ tajjeb fuq ALEX DA PAIXAO ALVES fuq il-lemin li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Żejtuni minn pożizzjoni angolata.
Madankollu, il-Corinthians reġgħu marru minn fuq fit-22 minuta meta minn cross mix-xellug kien RICARDO FARIA li bir-ras għeleb lil Guarnone.
Fid-29 minuta, Alves kellu free-kick ċentrali li għadda ftit barra iżda minuta wara, il-winger Karkariż ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Neil Tabone. Ir-referee Philip Farrugia ordna penalty imma l-attentat ta’ Yannick Yankam ġie salvat minn Cassar.
Mal-45 minuta, Birkirkara kisbu d-draw meta mill-cross ta’ Kurt Zammit, Yankam niżżel il-ballun lejn ALEX DA PAIXAO ALVES li mill-viċin ma żbaljax.
Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Zejtun marru viċin meta mill-cross ta’ Neil Tabone, Ricardo Faria laqat il-lasti bil-ballun jiġi f’ idejn il-goalkeeper Karkariż.
Fis-56 minuta Federico Falcone kien sfortunat li laqat il-mimduda b’daqqa ta’ ras wara cross mix-xellug.
Ħames minuti mit-tmiem, Zejtun skorjaw il-goal tar-rebħa meta azzjoni bejn numru ta’ players intemmet b’Edward Herrera jgħaddi l-ballun lejn FERNANDO GOMES JUNIOR li b’xutt mill-isbaħ xeħet fix-xibka.
Birkirkara: 26-Alessandro Guarnone, 5-Enrico Pepe (17-Reginald Mbu Alidor 27), 8-Paul Mbong (24-Caio Henrique Prado Rocha 68), 10-Roderick Briffa, 11-Kurt Zammit, 14-Yannick Yankam, 20-Federico Matias Falcone, 22-Cain Attard, 23-Claudio Bonanni, 25-Oscar Matias Carniello (7-Luke Montebello 75), 30-Alex da Paixao Alves – Coach: Andre Paus
ZEJTUN C.: 1-Christian Cassar, 4-Diego Albanese, 5-Lucas Gama Moreira, 8-Dylan Agius (24-Edward Herrera 64), 9-Kemar Reid (Gianluca Bugeja 88), 15-Marcelo Pereira Muniz, 18-Christian Grech, 21-Fernando Jose Gomes Junior, 23-Ricardo Silva Faria, 27-Noel Tabone, 86-Anderson de Barros – Coach: Orosco Anonam
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Malcolm Spiteri
SKORERS: F. Gomez 18, 85, R. Faria 22 (ZC); A. da Paixao Alves 20, 45 (B)
AMMONITI: N. Tabone, C. Grech, D. Agius (ZC); O. Carniello (B)