Zenit St Petersburg qed jaħsbu f’Mauricio Pochettino

L-ex coach ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, jista’ jirritorna jmexxi team wara li f’dawn l-aħħar jiem qed jiġi msemmi li jista’ jingħaqad ma’ Zenit St Petersburg. Zenit jilagħbu fl-ogħla kampjonat Russu fejn il-coach attwali bħalissa hu Sergei Semak. 

Minkejja kollox, is-sid tal-club, Alexander Medvedev, jixtieq coach ta’ isem u fuq kollox ta’ esperjenza u qed tiġih it-tentazzjoni li jingaġġa lil Pochettino li qed jiġi segwit ukoll minn Real Madrid, Juventus u Inter.  

Minbarra Tottenham Hotspur, Pochettino mexxa wkoll lil Espanyol u Southampton.  

Share With: